Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara inċident fil-Mellieħa

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-3:45am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li mara ta’ 36 sena li toqgħod il-Mellieħa, kienet qiegħda ssuq Nissan Qashqai, tilfet il-kontroll u ħabtet f’ħajt.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għallkura medika, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.