F’temp mill-isbaħ il-Karkariżi assistew għal mument storiku hekk kif il-vara ta’ San Ġużepp ħarġet mill-Kolleġjata Bażilika ta’ Sant Elena u rritornat fil-Paroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.
Il-Ħadd filgħodu laħqu l-qofol tagħhom iċ-ċelebrazzjonijiet li fakkru l-50 sena mit-twaqqif tal-Paroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara.
Biex jitfakkar dan l-anniversarju, wara l-quddies saret purċissjoni bil-vara ta’ San Ġużepp Ħaddiem – purċissjoni li bdiet mill-Bażilika ta’ Sant’Elena u imxiet mat-toroq Kakariżi sakemm waslet sal-knisja ta’ San Ġużepp.
Din il-festa speċjali għaqdet lill-komunità ta’ Birkirkara hekk kif f’din il-puċissjoni ħadu sehem tliet baned Karkariżi …akkumpanjati mill-fratelli.
Il-knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem bdiet tinbena fl-1964 u bdiet tiffunzjona sentejn wara, fl-1968. Fis-27 ta’ Ġunju 1971 saret għall-ewwel darba l-festa titulari ta’ San Ġużepp Ħaddiem b’vara li dan iż-żmien kienet ġiet mislufa mill-parroċċa ta’ San Ġwann.
Fit-tieni festa li saret, jiġifieri nhar is-6 ta’ Ġunju 1972, iżżanżnet il-vara tal-injam ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Din inħadmet f’Ortisei, raħal ħdejn Bolzano, mill-iskultur Vincenzo Moroder fuq disinn tal-Kavallier Emvin Cremona.
Imbagħad fl-1973 il-knisja saret parroċċa minn Mons Arċisqof Mikiel Gonzi, meta l-lokalità ta’ Birkirkara bdiet tikber sew u bdew jiżdiedu r-residenti.
Illum…din il-parroċċa għadha waħda attiva ferm. B’numru ta’ tfal, żgħażagħ u familji li b’mod regolari jipparteċipaw f’dak kollu li jiġi organizzat.
//= $special ?>