Il-plejer internazzjonali Malti Jodi Jones kien protagonista fir-rebħa straordinarja ta’ Notts County kontra Boreham Wood bl-iskor ta’ 3-2 biex b’hekk Notts County se jkunu qed jilagħbu fil-finali tal-play off f’Wembley Stadium fejn se jkunu qed jilagħbu għall-promozzjoni għall-League One.
Notts County sabu ruħhom minn taħt fl-ewwel taqsima b’żewġ gowls minn Femi Illesanmi u Lee Ndlovu, madankollu Aden Baldwin irnexxielu jsib ix-xibka żewġ minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima sabiex iżomm it-tamiet ta’ Notts County ħajjin.
Il-partita ta’ Jones bdiet fit-78 minuta hekk kif ma kienx magħzul mal-ewwel ħdax għal dan il-konfront, bil-plejer Malti jagħmel l-impatt tiegħu mill-ewwel hekk kif ħoloq iċ-ċans għat-tieni gowl ta’ Baldwin li ħa l-partita għal ħin barrani.
L-impatt ta’ Jones fil-partita ma waqafx hemm hekk kif l-ex attakkant ta’ Coventry irnexxielu jsib ix-xibka ftit mumenti qabel l-aħħar sufara tal-ħin barrani sabiex jagħti r-rebħa lil Notts County u jikkonferma post fil-play off final.
L-avversarju ta’ Notts County fil-finali se jkunu Chesterfield hekk kif rebħu l-konfront tagħhom kontra Bromley.
//= $special ?>