Tony Drago safa megħlub 4-1 minn Jimmy White fis-semi finali tal-World Seniors Championship fil-Crucible f’Sheffield.
Il-Whirlwind, kif inhu magħruf White, fetaħ vantaġġ ta’ żewġ frames bi Drago jirbaħ it-tielet frame bi break ta’ 72.
Madankollu it-tliet darbiet champion kien f’forma eċċezzjonali u rebaħ iż-żewġ frames ta’ wara bi breaks ta’ 74 u 68.
Din kienet il-ħames darba konsekuttiva li Jimmy White wasal sal-finali f’din il-kompetizzjoni
//= $special ?>