Lokali

AĠĠORNATA: Traffiku kbir fid-direzzjoni lejn l-Ajruport

Parti mir-roundabout tal-Ajruport hija magħluqa. Għadu qed jiġi rrappurtat traffiku kbir li jibda mill-flyovers tal-Marsa direzzjoni lejn l-Ajruport.

Aktar kmieni:

Qed jiġi rrappurtat traffiku kbir li jibda min Triq Ħal Luqa u Triq Garibaldi Ħal Luqa sejjer fid-direzzjoni lejn l-Ajruport.

Ħafna nies qed jispiċċaw jimxu lejn l-Ajruport hekk kif it-traffiku tant hu ħażin li xi sewwieqa qed jitfu l-karozzi tagħhom.