Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Aidan Buttiġieg u Diana Muscat jirbħu l-ewwel tiġrija tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triq

Aidan Buttigieg tal-klabb il-ġdid Għawdxi, D Sports Lab u Diana Muscat ta’ Team Greens bdew bil-kbir fl-ewwel tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triq. Dan il-kampjonat organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, din is-sena wkoll qed jerġa jsir fuq tliet tiġrijiet.  F’temp mill-isbaħ, Aidan Buttigieg bħalma għamel fl-ewwel tiġrija tat-Time Trial reġa spiċċa l-ewwel fil-Kategorija Elite, filwaqt li Diana Muscat rebħet il-Kategorija riservata għan-Nisa, liema tiġrijiet saru nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2023 fiċ-ċirkwit ta’ San Martin. L-Elite, Under 23 u Juniors għamlu seba’ dawriet (61.6km), in-Nisa u l-Masters għamlu ]ames dawriet (44 km), filwaqt li l-Under 16 ser għamlu tliet dawriet (26.4km).

Aidan Buttigieg spiċċa l-ewwel fl-Elite meta temm it-tiġrija tiegħu fi sprint finali mill-isbaħ fejn irnexxielu jgħaddi fl-aħħar tliet metri lid-debuttant Bernard Galea ta’ Agones Afc, ċiklista li jgħix fl-Ingilterra. Il-ħin ta’ Buttigieg kien ta’ 1:37:12.47, filwaqt li ta’ Galea kien ta’ 1:37:51.49. Fit-tielet post spiċċa Pierre Borg ta’ Mosta CC b’ħin ta’ 1:43:19.04.

It-tiġrija tan-Nisa ntrebħet minn Diane Muscat ta’ Team Greens li temmet il-ħames dawriet tagħha f’ħin ta’ 1:27:11.69. Fit-tieni u t-tielet post rispettivament spiċċaw Fiona Tedesco ta’ Mosta CC b’1:31:45.10 u Michelle Vella Wood tat-Team Greens b’ħin ta’ 1:37:12.62.

Jacob Schembri ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija Under 23 f’ħin ta’ 1:38:21.58. Fit-tieni post spiċċa Luke Borg ta’ The Cyclist f’ħin ta’ 1:38:46.14. Stefan Scerri ta’ Gozo CC spiċċa fit-tielet pożizjoni f’ħin ta’ 1:43:19.68. Kristina Spiteri ta’ The Cyclist rebħet il-Kategorija Under 23 Feminili f’ħin ta’ 1:39:11.39. Fit-tieni post spiċċat seħbietha Veronique Pace Axiaq f’ħin ta’ 1:52:05.10.

Il-Kategorija Masters 40+ irriżultat f’waħda dominata minn ċiklisti ta’ Team Greens, b’ Luis Joaquin Rojas Guzman jirbaħ f’ħin ta’ 1:18:31.00. Warajh daħlu rispettivament Nicholas Schembri ta’ Team Greens b’ħin ta’ 1:22:03.87 u David Cushing  ta’ B’Kara St Joseph f’1:22:08.46.

Kevin Muscat ta’ Mosta AF Sign Studio CC minn naħa tiegħu rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 1:22:53.15. Hu kien segwit minn Steven Andrew Bell ta’ The Cyclist (1:23:45.20) u Enrico Bradamante ta’ Agones SFC (1:39:57.61).

Ryan Gatt ta’ The Cyclist rebaħ il-Kategorija tal-Under 16 (0:48:18.08) quddien Ishmael Grima ta’ D Sports (0:54:35.88), filwaqt li Roanna Farrugia ta’ Agones Afc rebħet il-Kategorija tal-Under 16 tat-Tfajliet meta għamlet it-tliet dawriet tagħha f’ħin ta’ (1:04:04.90).

Fi tmiem din it-tiġrijiet saru l-premjazzjonijiet tal-medalji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss ser tkun it-tieni waħda mill-Kampjonat tat-Time Trial fi Fluer-de-Lys nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju 2023.