Is-Sirja mill-ġdid saret membru tal-Lega Arbija influwenti, aktar minn għaxar snin mindu l-pajjiż spiċċa mkeċċi mill-grupp ta’ pajjiżi minħabba r-ripressjoni brutali tal-protesti favur id-demokrazija f’artu – u li wasslu għall-gwerra ċivili attwali.
Il-pass jindika li r-relazzjonijiet qalbu għall-aħjar bejn Damasku u l-Gvernijiet Għarab u mistenni li l-President Sirjan, Bashar al-Assad, se jattendi s-summit tal-Lega li għandu jsir dan ix-xahar fl-Arabja Sawdija.
Iżda l-Istati Uniti u r-Renju Unit ikkritikaw dan il-pass, bil-Gvern Amerikan itenni li s-Sirja ‘ma ħaqqiex’ li tieħu lura l-isħubija fil-Lega Arbija,a nki jekk l-Istati Uinti tappoġġja l-politika tal-Lega għal soluzzjoni tal-kriżi fl-artijiet Sirjani.
Min-naħa tiegħu, ir-Renju Unit għamilha ċara li jopponi ‘ir-relazzjonijiet mar-reġim ta’ Assad’ fost il-kundanna għall-Gvern Sirjan ‘li għadu qed jarresta, jittortura u joqtol lis-Sirjani innoċenti’.
//= $special ?>