Robert Cutajar, PN
Il-Whip tal-Oppożizzjoni d-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella biex l-abbużi fl-Awtorità tal-Artijiet jieqfu.
Fil-parlament hu qal li hemm dubju u suspetti kif qed jinħarġu l-offerti u qal li min hu responsabbli jrid jagħti kont ta’ għemilu. Robert Cutajar kritika kif qed jinħarġu l-offerti biex ikunu aġevolati ċertu nies. Hu appella biex il-gvern jagħti kas l-appelli tan-nies u sostna li hemm ħafna każi li qed joħolqu dubji. L-abbużi li hemm fl-Awtorità tal-Artijiet għandhom jieqfu, sostna Robert Cutajar, li kompla li l-Awtorità m’għandhiex tkun kompliċi biex ikunu aġevolati l-ftit.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Awtorità tal-Artijiet instabet ħatja fil-mod kif operat fil-każ tal-Vitals. Hu sostna li l-persuni reponsabbli għandhom jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom.
Dwar Kemmuna, hu qal li fil-konċessjonjiet li ngħataw l-Awtorità m’għamlet xejn.
Intant huwa tkellem ukoll dwar dubji tal-mod kif qed jinħaddmu certi valutazzjonijiet ta’ ċerti artijiet u tenders. Huwa appella għal aktar trasparenza mill-Awtorità fl-operat tagħha.
//= $special ?>