Ic-champion tad-dinja tal-Formula 1 Max Verstappen, kiseb rebħa spettakolari fil-Grand Prix ta’ Miami wara li rnexxielu jirkupra mid-disa’ pożizzjoni biex għeleb l-isfida ta’ sieħbu ta’ Red Bull Serio Perez li beda fuq quddiem.
Din kienet disfatta xi ftit umiljanti għal Perez għall-fatt li f’kummenti li kien ta kien qal li din is sena se jkun qed jisfida lil Verstappen għat-titlu.
Fernando Alonso ta’ Aston Martin kiseb ir-raba’ podium tal-istaġun hekk kif spiċċa fit-tilet post filwaqt li George Russell ta’ Mercedes spiċċa r-raba’
Carlos Sainz ta’ Ferrari kien qed jissielet ma’ Alonso għat-tielet post iżda sofra penalità ta’ ħames sekondi minħabba over-speeding fil-pit lane, bil-konsegwenza li spiċċa t-tiġrija fil-ħames post qabel Lewis Hamilton.
Is-sewwieq l-ieħor ta’ Ferrari Charles Leclerc beda’ mis-seba’ post wara li fil-kwalifika ħabat u żamm din il-pożizzjoni fit-tiġrija tal-Ħadd.
//= $special ?>