Robert Alan Smith, Ingliż ta’ 33 sena minn Milton Keynes u li qal li joqgħod l-Imġarr iżda li fil-Qorti ħareġ li huwa ‘homeless’ inżamm arrestat fuq akkużi ta’ attentat ta’ serq minn karozzi mill-Imġarr, Malta, Huwa kien diġa’ ngħata sentenza sospiża ta’ 17-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn lejn l-aħħar ta’ Marzu li għadda fuq serq ta’ flus kontanti minn ta’ karozzi f’Ħ;Attard. L-Ispettur Godwin Scerri ressaq lill-Ingliż u akkużah ukoll li sar reċidiv.
Id-difiża mmexxija mill-Avukat Sue Mercieca ma kkonstestatx il-validità tal-arrest u qalet li Smith kien rieqed fejn karozza meta seħħew l-allegati reati. Qalet ukoll li għandu problemi ma’ missieru għandu problema ta’ kokaina. Saret talba għall-pleġġ mid-difiża fejn l-akkużat qal li għandu ħabib li lest li joqgħod miegħu.
Il-Prosekuzzjoni ma qablitx li jingħata l-ħelsien fejn qalet li Smith jgħix f’tinda fil-bajja tal-Ġnejna, m’għandux impieg u li huwa dipendenti fuq id-droga u li wettaq dan ir-reat minħabba d-droga. L-Ispettur qal ukoll li l-akkużat mhux bniedem affidabbli. L-Avukat Merceica qalet li l-akkużat irid imur lura pajjiżu biex jingħata l-kura hemmhekk.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Abigail Critien qalet li l-fatt li l-prosekuzzjoni qalet li Smith m’għandux indirizz fiss u li dak li qalet id-difiża li għandu l-intenzjoni li jmur l-Ingilterra kienet qed tiċħad it-talba. Il-każ issa jkompli quddiem Maġistrat ieħor f’kumpilazzjoni li għad trid tibda.
//= $special ?>