Numru ta’ studenti dalgħodu waslu tard għall-eżamijiet minħabba konġestjonijiet kbar ta’ traffiku, speċjalment fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. B’rapporti jindikaw li kien hemm persuni illi kienu ilhom li telqu mid-dar sa mis-7:30am, iżda xorta ma laħqux waslu sad-9am – jew inkella waslu bl-eżatt!
Jidher li ħafna mit-traffiku ġie ġenerat minħabba xogħlijiet li qed isiru fit-triq li twassal mis-Salini lejn it-telgħa t’Alla u Ommu; xogħlijiet li bdew propju dalgħodu.
Ġenituri li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li din is-sitwazzjoni mhix ġusta fuq l-istudenti li diġa’ jkollhom ħafna stress bl-eżamijiet infushom.
Skont ir-rapporti li waslulna, apparti li kien hemm ħafna studenti tal-‘O’ Levels li ġew affetwati minn din is-sitwazzjoni, anke’ studenti li qed jagħmlu l-‘A’ Levels kellhom sitwazzjonijiet fejn waslu bl-eżatt fil-post assenjat.
//= $special ?>