Sampdoria kienu matematikament relegati għas-Serie B meta barra minn darhom tilfu bl-iskor ta’ 2-0 għand Udinese. Roberto Pereyra poġġa lil Udinese fil-vantaġġ wara biss disa’ minuti biex Adam Masina għalaq il-partita fl-34 minuta.
F’partita oħra Empoli għelbu lil Salernitana bl-iskor ta’ 2-1. Nicolo Cambiaghi poġġa lil Empoli fil-vantaġġ fit-38 minuta. Fit-tieni taqsima kien Francesco Caputo li għamilhom 2-0 biex lejn it-tmiem kien Krzysztof Piatek li naqqas l-iskor għal skor finali ta’ 2-1
Fi Stadio Mapei, Sassuolo u Bologna temmew fi draw ta’ 1-1. Kienu Sassuolo li marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob permezz ta’ Domenica Berardi, iżda qabel il-mistrieħ kien Nicolas Dominguez li ġab l-iskor indaqs.
//= $special ?>