Sport Sport Ieħor

Sparar: Marcello Attard jirbaħ ir-raba’ Skeet Selection Shoot

Marcello Attard rebaħ l-All Malta Event 2023, li kien ukoll ir-raba’ Skeet Selection Shoot ta’ din is-sena.

Fit-tieni u t-tielet post rispettivament spiċċaw Clive Farrugia u Marlon Attard.

Din il-kompetizzjoni, li saret fir-Range tal-Bidnija, offriet wirjiet mill-aqwa mill-atleti membri tal-Malta Shooting Sport Federation li jinsabu fl-aqwa forma qabel il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar tal-Ewropa li jibdew it-Tnejn 29 ta’ Mejju.

Is-sitt finalisti skond l-ordni tan-numru tal-Bip kienu, Clive Farrugia li kkwalifika bi skor ta’ 122/125, Marcello Attard 119/125, Andre Cassar 11/125 +9 shoot-off, Liam Sciberras 117/125 +8 shoot-off, Marlon Attard 116/125 u Matthias Azzopardi li laqat 114/125

Ir-riżultati finali kienu:

1. ATTARD Marcello 55/60

2. FARRUGIA Clive 51/60

3. ATTARD Marlon 44/50

4. SCIBERRAS Liam 34/40

3. AZZOPARDI Matthias 26/30

4. CASSAR Andre 13/20