Fl-Iskozja, Celtic huma mill-ġdid champions tal-Premiership Skoċċiz, meta l-Ħadd rebħu 2-0 kontra Hearts f’Tynecastle Park ta’ Edinburgh.
B’erba’ partiti mit-tmiem tal-Kampjonat, dan ir-riżultat fisser li Celtic ma jistgħux jiġu milħuqa f’ras il-klassifika, mit-tim ta’ warajhom, l-avversarji eterni tagħhom Rangers. Attwalment, l-iskwadra mmexxija mill-kowċ Awstraljan, Angelos Postecoglou 13-il punt vantaġġ.
Fil-partita tal-bieraħ kontra Hearts, Celtic ħadu vantaġġ mill-fatt li l-avversarji tagħhom spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers fil-pitch għat-tkeċċija ta’ Alexandre Cochrane fil-45 minuta. Celtic skorjaw l-ewwel fis-67 minuta mill-Ġappuniż, Kyogo Furuhashi bil-Korejan, Hyeon-Gyu Oh jiskorja t-tieni wieħed tal-greens fit-80 minuta għal skor finali ta’ 2-0 favur Celtic kontra Hearts.
Fit-tmiem tal-partita, il-partitarji ta’ Celtic taw bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-53 Kampjonat Premiership Skoċċiz fl-istorja tal-klabb.
//= $special ?>