Diżappunt kbir fost il-Maltin wara li l-grupp The Busker m’għaddiex għall-finali tal-Eurovision. Għalkemm it-trio minn pajjiżna insistew li dan ir-riżultat m’għandux ikun skużaw biex ma nieħdux sehem aktar f’dan il-festival.
‘The Busker’ taw dawn il-kummenti eżatt wara l-eliminazzjoni tagħhom… fejn ħabbru li diġa’ lesti biex joħorġu aktar materjal mużikali.
Minkejja dan ir-riżultat, ħafna kkummentaw kemm ħassewhom kburin bil-wirja eċċezzjonali li ta il-grupp Malti f’Liverpool bil-kanżunetta ‘Dance: Our own Party’.
Dawn huma l-għaxar pajjiżi illi irnexxilhom jagħmluha għall-finali tal-Eurovision Song Contest 2023;
- Croażja bil-kanżunetta ‘Mama ŠČ!’
- Moldova bil-kanżunetta ‘Soarele Si Luna’
- Sviżżera bil-kanżunetta ‘Watergun’
- Finlandja bil-kanżunetta ‘Cha cha cha’
- Repubblika Ċeka bil-kanżunetta ‘My Sister’s Crown’
- Iżrael bil-kanżunetta ‘Unicorn’
- Portugal bil-kanżunetta ‘Ai Coração’
- Sveżja bil-kanżunetta ‘Tattoo’
- Serbja bil-kanżunetta ‘Samo Space Me Se Spava’
- Norveġja bil-kanżunetta ‘Queen of kings’
Il-grupp Ukren, Kalush Orchestra, kienu rebħu is-66 edizzjoni tal-Eurovision, iżda minħabba l-gwerra li hemm għaddejja fl-Ukrajna, il-Eurovision qiegħed isir fl-Ingilterra. Dan minħabba li l-kantant Ingliż Sam Ryder spiċċa fit-tieni post.
Intant, nhar il-Ħamis li ġej mistenni jitella’ it-tieni semi-finali tal-Eurovision Song Contest sabiex jiġu stabbiliti l-10 pajjiżi li ser jingħaqdu mal-finalisti li għaddew f’din l-ewwel serata u mal-‘Big 5, inkluz il-pajjiż rebbieħ tal-Eurovision 2022; l-Ukrajna.
//= $special ?>