Matul l-ewwel kwart tas-sena, l-inċidenti u l-persuni midruba fihom żdiedu meta mqabblin mal-istess perijodu fl-2022.
Dan filwaqt li l-imwiet fl-inċidenti tat-traffiku kienu jammontaw għal erbaʼ persuni – illi jfisser li fi tliet xhur, kellna diġa’ erba’ fatalitajiet fit-toroq Maltin, u li ma jinkludux liż-żewġ barranin li inqatlu fil-Mosta.
Skont ċifri maħruġa t-Tlieta filgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-għadd taʼ incidenti tat-traffiku rrappurtati tul l-ewwel kwart tal-2023 laħaq it-3,822 – li jfisser żjieda taʼ 6.3 fil-mija fuq is-sena li għaddiet. Bl-akbar numru taʼ inċidenti ġew reġistrati fiz-zona tat-Tramuntana tal-Port – aktar minn terz tal-inċidenti kollha.
Il-persuni midruba żdiedu bi 13.3 fil-mija jew 367 meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022. Il-persuni midruba gravi ammontaw għal 96, u l-maġġoranza tagħhom kienu sewwieqa.
Minn dawk li weġġgħu, 36 kienu persuni li kienu miexja fit-triq, ċiklisti, jew oħrajn.
F’Diċembru li għadda, il-Gvern kien nieda l-pjan għat-tieni Road Safety Strategy…wara li l-ewwel strateġija falliet bil-kbir. Dakinhar, kemm il-Ministru tat-Traffiku Aaron Farrugia kif ukoll il-Kap ta’ Infrastructure Malta Ivan Falzon kienu qalu li ma jafdawx lil uliedhom fit-toroq.
//= $special ?>