Id-9 ta’ Mejju huwa Jum l-Ewropa.
Ġurnata li tfakkret permezz ta’ diversi attivitajiet kemm fil-Belt Valletta u anke fl-Universita ta’ Malta – jum illi jfakkarna kemm pajjiżna ibbanifika mis-sħubija fl-UE, u kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-poplu Malti u Għawdxi li jissieħeb f’din l-unjoni; pass storiku xprunat mill-Partit Nazzjonalista.
U biex jitfakkar Jum l-Ewropa, għadd ta’ studenti min diversi skejjel ingħaqdu f’attivita ta’ żifnu u kant fil-Belt Valletta.
Hawn, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Ewropej f’Malta Denise Fiorentino spjegat kif il-fondi Ewropej qed jintużaw għal diversi proġetti importanti, kif ukoll minn NGO’s, kunsilli lokali, individwi, negozji, bdiewa u entitajiet pubbliċi, fost l-oħrajn.
Tkellem ukoll il-Kap tal-Komunikazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta Mark Vella, illi fakkar kif l-Unjoni Ewropea hi għaqda politika li ilha teżisti iżjed minn 60 sena.
Il-Kap tal-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Malta Mario Sammut minn naha tieghu fakkar fid-Dikjarazzjoni ta’ Schuman fl-1950 illi ħolqot l-ewwel kommunita’ Ewropea. U semma kif Jum l-Ewropa hu ta’ importanza għaliex jiċċelebra id-demokrazija, il-liberta’, il-paċi u l-prosperita’ fil-kontinent.
Intant, apparti l-attivitajiet li seħħew fil-Belt, kien hemm ukoll attivitajiet organizzati fl-Universita’ ta’ Malta flimkien mal-JEF. L-attivitajiet jinkludu Villaġġ Ewropew kif ukoll fiera tal-ikel Ewropew tradizzjonali.
//= $special ?>