Il-kantanta Maltija Emma Cutajar ser tirrapreżenta lil Malta bħala finalista tal-Commonwealth Song Contest bid-diska ‘I Miss You’.
Mill-aħħar kompetizzjoni li saret fl-2018, il-Commonwealth Song Contest irċivew eluf ta’ sottomissjonijiet – u waħda mid-diski li ntażlet minnhom kienet id-diska ta’ Cutajar. Din il-kompetizzjoni hi pjuttost ġdida iżda hemm potenzjal enormi biex tkompli tikber u tikseb rikonoxximent b’mod internazzjonali.
Il-Commonwealth Song Contest jirrapreżenta madwar 2.5 biljun persuna li jgħixu fis-56 nazzjon tal-Commonwealth.
Il-pubbliku jista’ jivvota għal Emma Cutajar fuq Vote – Commonwealth Song Contest.
//= $special ?>