Il-knisja medjevali ta’ Santa Marija tal-Bir Miftuħ ser terga torganizza l-festival internazzjonali tal-mużika ‘Bir Miftuħ’, organizzat min Din l-Art Ħelwa. Ser isiru tliet kunċerti, fl-20 ta’ Mejju, fl-10 ta’ Ġunju kif ukoll fis-16 ta’ Ġunju, fejn se jipparteċipaw artisti internazzjonali.
Is-Sibt 20 ta’ Mejju fis-7:30pm ser ikun hemm kunċert b’Violoncello Julie Sévilla-Fraysee, Violinista Anya Gerter, kif ukoll Mezzo-Soprano Clare Ghigo, li ser jagħmlu spettaklu bix-xogħolijiet ta’ J.S. Bach, Telemann, Handel, Cassado’, Bacewicz, Dancla, Mozart u Haydn. Dan il-kunċert sar possibli mill-Ambaxxata ta’ Franza, l-Alleanza Française de Malte-Méditerranée, kif ukoll l-Ambaxxata tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Is-Sibt 10 ta’ Ġunju fis-7:30pm ser ikun hemm it-tieni kunċert mill-Karlsruhe Conzert Duo, Reinhard Armleder li jdoqq iċ-Cello u Dagmar Hartmann li jdoqq il-piano, li flimkien ser jagħmlu spettaklu bix-xogħolijiet ta’ Beethoven, Liszt, Dvorak, Brahms u Chopin. Dan il-kunċert sar possibli mill-German-Maltese Circle, kif ukoll l-Istitut ta’ Goethe.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju fit-8:00pm ser ikun hemm l-aħħar kunċert tal-festival, b’mużika sagra mill-kor Cappella Sanctae Catharinae li jispeċjalizzaw fuq musika tar-Rinaxximent u mużika polifonika barokka bikrija. Cappella Sanctae Catharinae ser jippreżentaw program ta’ diski li li rari jindaqqu ta’ Franz Liszt. Ix-xogħol ċentrali tal-program hi s-Septem Sacramenta. Dan il-kunċert sar possibli min Nectar Limited.
Riservazzjonijiet għal kull kunċert huma b’donazzjoni ta’ €25 kull persuna u tinkludi riċeviment wara l-kunċert quddiem il-knisja. Min jitħajjar jista jħallas €45 għal żewġ kunċerti, jew inkella €65 għat-tliet kunċerti. Riservazzjonijiet jistgħu isiru billi jintbat email fuq reservations@dinlarthelwa.org.
Il-knisja ta’ Santa Maria ta’ Bir Miftuħ jinsab quddiem l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta viċin ir-roundabout tal-Gudja.
//= $special ?>