Lokali

L-Għaqda Studenti tal-Liġi f’laqgħa mal-Kap tal-PN Bernard Grech

L-Għaqda Studenti tal-Liġi ħadmu fuq abbozz ta’ liġi sabiex ikun hemm riforma fil-mod kif isir skrutinju fuq il-Gvern.

Dan l-abbozz ġie ppreżentat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fejn il-Policy Officer Andrew Drago spjega kif wasal iż-żmien biex din il-liġi tkun aġġornaeta.

Dan hekk kif l-liġi kif tinsab bħalissa qed tneħħi fost l-oħrajn mis-saħħa tal-ombudsman u dan ma jagħmilx sens.

Net News tkellem ma’ Andrew Drago fejn spjegalna aħjar, għalfejn bħala studenti tal-liġi, ħassew il-bżonn li jressqu dan l-abbozz.

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista minn dejjem emmen u għadu jemmen fis-saltna tad-dritt fejn l-individwu għandu bżonn forum li permezz tiegħu jkun jista’ jikkontesta deċiżjoni li tkun ittieħdet.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qalet li quddiem il-parlament ikun hemm ċerti deċiżjonijet tal-Ombudsman li ma jiġux imwettqa u għalhekk temmen li wasal iż-żmien li ċ-ċittadin ikollu iktar poter li fost l-oħrajn jagħmel ċerti mistoqsijiet għad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu.

Prezenti għal din il-laqgħa kien hemm id-Deputati Nazzjonalisti Karol Aquilina, Bernice Bonello,  Rebekah Borg u Eve Borg Bonello, kif ukoll il-President tal-Għaqda Stuenti tal-Liġi Andrew Sciberras u Laura Chetcuti Dimech li hija waħda mill-membri ta’ din l-għaqda.