Il-klijenti ta’ MeDirect issa jistgħu jiftħu kont MeManaged b’investiment minimu ta’ €100 biss. MeManaged huwa l-ewwel u l-uniku servizz onlajn ta’ Discretionary Portfolio Management f’Malta li hu aċċessibli minn fuq il-mobile app jew l-internet banking ta’ MeDirect.
Dan is-servizz jipprovdi strateġija ta’ investiment ibbażata fuq l-għanijiet finanzjarji tal-klijent u l-ammont ta’ riskju li jkun lest li jieħu. Din l-istrateġija mbagħad tiġi fdata f’idejn esperti finanzjarji ta’ MeDirect li, fi sħubija ma’ BlackRock, jieħdu ħsiebha b’mod diliġenti u fuq bażi kontinwa. Biex il-klijenti jkunu jistgħu jibdew jużaw il-MeManaged, l-ewwel jiġu mitluba jimlew kwestjonarju onlajn sabiex jinħoloq profil ta’ riskju individwali u tiġi assenjata strateġija ta’ investiment speċifika għall-klijent.
Dawk il-klijenti li jiftħu kont qabel it-30 ta’ Ġunju 2023 u jagħżlu li jinvestu minimu ta’ €2,000 se jgawdu wkoll minn ammont addizzjonali sa massimu ta’ €200 li MeDirect se jkun qed iżid mal-ammont investit mill-klijent. Aktar informazzjoni dwar il-kont MeManaged, inkluż it-top ups addizzjonali tinstab fuq https://promo.medirect.com.mt/discretionary-portfolio-management/.
L-investituri jistgħu jagħżlu li jkomplu jibnu l-portafoll tagħhom billi jinvestu minimu ta’ €100 kull xahar. B’hekk il-klijenti jistgħu jkomplu jibnu l-portafoll tagħhom u jibbenefikaw minn cost averaging, li jfisser li jkunu qed jixtru assi f’intervalli regolari, u bi prezzijiet differenti, u b’hekk din l-istrategija tipprovdi protezzjoni mill-volatilità tas-suq.
Il-portafoll huwa mmaniġġjat totalment minn MeDirect, u l-klijenti jirċievu aġġornamenti kull xahar dwar il-prestazzjoni tiegħu. Il-klijenti jistgħu jiccekjaw l-portafoll onlajn permezz tal-mobile app jew ta’ l-internet banking ta’ MeDirect, fuq bażi 24/7.
Ingrid Micallef, Head – Products & Marketing ta’ MeDirect Bank qalet: “Discretionary Portfolio Management tradizzjonalment kien servizz personalizzat riservat biss għal individwi li jkollhom ammonti sostanzjali biex jinvestu. Permezz ta’ l-użu tat-teknoloġija u s-sħubija tagħna ma’ BlackRock, iddiġitalizzajna dan il-prodott għal kollox, u għamilnieħ aċċessibli għal kulħadd. Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, MeDirect se jkompli jniedi inizjattivi ġodda mmirati lejn id-demokratizzazzjoni tal-prodotti tal-investiment u tal-ġestjoni tal-ġid.”
MeDirect Bank Malta huwa l-ewwel Bank Diġitali f’Malta li joffri lill-klijenti tiegħu aċċess għall- prodotti finanzjarji ewlenin fis-suq. Wieħed jista’ jsir klijent ta’ MeDirect u jiftaħ il-kont MeManaged billi jzur hawn: https://onboarding.medirect.com.mt/start. Għal aktar tagħrif il-klijenti jistgħu jikkuntattjaw lil MeDirect Bank fuq 25574400 jew iżuru www.medirect.com.mt.
//= $special ?>