Lokali

“Ressaqna l-ewwel talba formali biex il-Prim Ministru ikun investigat b’rabta mal-bejgħ tat-tliet sptarijet”

“Il-Prim Ministru Robert Abela għandu jkun investigat b’rabta mad-deal skandaluż tat-tliet sptarijiet u huwa għalhekk li l-PN ilbieraħ ressaq l-ewwel talba formali lill-Kummissarju Angelo Gafa sabiex issir din l-investigazzjoni.”

Dan kien il-qofol tal-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervent li għamel it-Tlieta fuq Net FM.

Bernard Grech qal li għaddew 24 siegħa minn meta l-PN ressaq denunzja lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa u s’issa ħadd għadu ma ħa azzjoni fejn anke Robert Abela għadu ma ħa ebda azzjoni… anke l-Partit Laburista għadu ma tniffisx.

Huwa qal li l-PN ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jagħmel pressjoni fuq il-fatt lil-Kummissarju u l-Avukat Ġenerali mhux qed jagħmlu xgħolhom kif suppost. Bil-Kummissarjju mhux talli qiegħed idejh marbuta talli qed jagħmel minn kollox u dawk li għandhom jiġu investigati mhux qed jiġu investigati.

Qal li huwa evidenti li Gafa tpoġġa hemm biex il-patt imxajtan li sar minn Joseph Muscat ikun jista’ jibqa’ għaddej. Bernard Grech qal li l-PN ippretenda li l-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga u jressaq in-nies il-Qorti dwar dan id-deal skandaluż… iżda sa issa għadu ma sar xejn.

Bernard Grech qal li l-PN se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu sabiex il-popli jingħatalu lura dak li huwa tiegħu. Mhux aċċettabbli li Abela jkunn komp;lici u qisu xejn mhux xejn – Abela li llum hemm talba formali kontrih biex dan jigi investigat.

Il-Kap tal-PN qal li l-PN se jibqa’ t-tarka tal-poplu Malti għax il-Prim Ministru huwa konċentrat biss biex hu u sħabu ma jiġux investigati. Min-naħa l-oħra l-PN huwa konċentrata biex issir ġustizzja u l-Maltin ikollhom tmexxija verament ikkonċentrata fuq il-bżonnijiet tagħhom. U huwa proprju għalhekk li mhux qed ikun eskluż li l-PN jerġa’ jesjjaħ lin-nies biex jinżlu fit-toroq sabiex tkompli tiżdied il-pressjoni u tittieħed azzjoni minnufih.