Żagħżugħa ta’ 26 sena mill-Maċedonja residenti San Pawl il-Baħar weġġgħet gravi wara li waqgħet madwar 4 sulari f’residenza f’Birkirkara.
L-inċident seħħ it-Tlieta filgħodu għall-ħabta tas-7:30 f’residenza li tinsab fi Triq Agius De Soldanis f’Birkirkara.
Il-Pulizija flimkien mal-Protezzjoni Ċivili marru fil-post sabiex jassistu hekk kif kaġun tal-waqa’ ż-żagħżugħha spiċċat f’xaft. It-tfajla spiċċat inħarġet minn daħla li tinsab Triq il-Wied.
Ambulanza marret fil-post fejn ftit tal-ħin wara ż-żagħżugħa ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.