“Qegħdin jibnu bl-addoċċ – Il-Gvern sar wisq business friendly … It-tort hu kollu tal-Gvern”
Hekk saħaq l-eks deputat tal-Labour Lino Debono waqt intervista li saritlu fuq il-programm ‘Għawdex Jitkellem’ fuq l-istazzjon 103….biex b’hekk ingħaqad ma’ kor ta’ kundanna li kompla jiħrax, ġimgħa wara l-oħra.
Lino Debono, li serva bħala Membru Parlamentari f’isem il-Partit Laburista bejn l-1981 u l-1992 ikkritika bl-aħrax id-deċizzjonijiet tal-Gvern ta’ Robert Abela … u tenna li l-iżvilupp bl-addoċċ li qiegħed jipperemtti l-Gvern qiegħed jeqred il-karattru uniku li jgawdi Għawdex.
“L-ambjent tal-irħula u l-ambjent t’Għawdex qed jintilef u t-tort jaqa’ fuq l-awtoritajiet għax l-individwu li jkollu biċċa raba’ li jkun irid jiżviluppaha, mhix se tagħtih tort”.
Fid-diskors iebes tiegħu li kien indirizzat lejn il-Partit tiegħu stess, Lino Debono qal li l-bini bl-addoċċ diġa qered lil Malta ….. u issa d-deċizzjonijiet żbaljati tal-Gvern ser jispiċċaw jeqirdu lill-Għawdex ukoll. Filwaqt li tenna li l-ilmenti qegħdin jaqgħu fuq widnejn torox. Bil-Gvern ta’ Abela kompletament jinjora lill-poplu li tah il-fiduċja.
“Qegħdin isiru ħafna ħniżrijiet, ma nistax nifhem kif bniedem jibda jibni mbagħad jitlob għall-permess.”
Lino Debono saħaq ukoll li hemm bżonn żewġ vapuri oħra għall-Gozo Channel. Dan filwaqt illi sostna li il-gzira Għawdxija tinsab f’qagħda agħar minn Malta.
“Ngħir għal ċertu proġetti li jsiru f’Malta ….. “Ma nistax nifhem kif f’Malta jsiru dawk il-proġetti kollha u Għawdex dejjem jibqa’ lura.”
L-eks deputat tal-Labour ilmenta dwar diversi proġetti li ilhom li bdew snin u għadhom sal-llum il-ġurnata ikaxkru …. filwaqt li appella lill-Gvern ta’ Robert Abela sabiex ma jibqax jinjora l-karba tal-Għawdxin għal iktar żvilupp ekonomiku sostenibbli u tkabbir li jirrispetta l-kultura u l-awtenċità tal-gżira.
“M’iniex kuntent b’dak li qiegħed isir. Għawdex spiċċa!”
Fl-aħħar jiem Seba’ entitajiet Għawdxin li jirrappreżentaw firxa wiesgħa tas-soċjetà Għawdxija ngħaqdu u talbu lill-Gvern sabiex tittieħed azzjoni immedjata rigward l-istat preżenti tal-ambjent naturali u mibni Għawdxi.
Huma fil-fatt ressqu proposti konkreti sabiex ikun salvagwardjat il-futur tal-gżira Għawdxija.
//= $special ?>