Internazzjonali

Il-Pakistan: Tensjoni fost l-arresti tas-sostenituri ta’ Imran Khan

L-eks Prim Ministru tal-Pakistan, Imran Khan, tressaq quddiem Imħallef, l-għada tal-arrest tiegħu, f’Islamabad, fuq akkużi dwar korruzzjoni.

L-arrest iġġenera l-protesti kbar fuq livell nazzjonali, bil-Pulizija tarresta wkoll mal-1,000 dimostrant u meta Khan qed jiċħad kategorikament għall-akkużi.  

L-għassa fejn qed jinżamm Khan, fl-aħħar sigħat, serviet ukoll bħala awla tal-qorti u bl-awtoritajiet jirrinfurzaw il-preżenza ta’ pulizija f’dik iz-zona.

L-arrest ta’ Khan kompla jeskala l-battalja bejn l-eks Prim Ministru u l-militar influwenti tal-Pakistan u f’każ li hu jinstab ħati mill-akkużi, kapaċi jispiċċa projbit milli jikkuntesta l-elezzjoni li jmiss f’pajjiżu.

Mietu talanqas tnejn fil-protesti li żbruffaw f’diversi bliet wara l-arrest ta’ Khan – eks-still tal-cricket — nhar it-Tlieta. Imran Khan kien tqaċċat mill-poter f’April tal-2022 u wara li hu kien dam anqas minn erba’ snin fit-tmun tal-Pakistan.