Lokali

Il-Partit ta’ Abela jinfexx f’attakk partiġġjan

Minflok tfacca Robert Abela biex iwiegeb id-domandi tal-media, baghat lil tnejn mid-deputati l-aktar fdati minnu – deputati li ma wiegbu xejn mill-mistoqsijiet illi saru minn dan l-istazzjon.

Kienet reazzjoni ta’ paniku dik tal-Partit Laburista meta l-Erbgħa waranofsinhar, wara l-konferenza tal-aħbarijiet illi sejjaħ il-Partit Nazzjonalista dwar it-talba formali sabiex il-Kummissarju jinvestiga il-persuni imdaħħla fl-iskandlu tal-isptarijiet, bagħat għall-ġurnalisti sempliciment sabiex jinfexx jattakka lill-Partit Nazzjonalista.

U meta Net News staqsa jekk jaqblux li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga in-nies imsemmija fis-sentenza tal-Qorti ….. kemm il-Kap Eżekuttiv tal-Labour Randolph Debattista kif ukoll id-deputat Laburista Glenn Bendingfield waqgħu fil-muta. U ħarbu l-mistoqsijiet.

Id-decizjoni tal-Imhallef Depasquale kienet cara immens, u ddikjarat id-deal tal-isptarijiet bħala wiehed null. Dan apparti li l-ftehim ġie ittimbrat mill-Qorti bħala wieħed frowdalenti. Issa għaddew xahrejn u nofs minn din id-decizjoni. U l-Kummissarju baqa’ ma għamel assulutament xejn.