Żewġ persuni – kuġini – u żewġ gwardjani tas-sigurtà tilfu ħajjithom fil-gżira ta’ Djerba wara sparatura qrib tal-aktar sinagoga antika fil-kontinent tal-Afrika.
L-attakk – f’sit għall-parkeġġ maġenb is-sinagoga — seħħ waqt il-pellegrinaġġ reliġjuż annnwali lejn il-gżira li, kull sena, jattira devoti Lhud li jgħixu f’Iżrael u l-Ewropa.
Jidher li wieħed mill-gwardjani qabad u spara fuq il-gwardjan l-ieħor li kien qed miegħu qabel fetaħ in-nar fuq it-turisti u membri oħra tal-qawwiet tas-sigurtà viċin is-sinagoga ta’ Ghriba.
L-aggressur, wara, inqatel fuq il-post u fost ċirkustanzi li ma kenux ċari għal kollox. Fl-istess ħin ma kienx magħruf għalfejn hu kellu jinfexx f’dik id-dagħdigħa ta’ vjolenza.
Id-devoti maqtuls huma ċittadin ta’ Franza u kuġinuh Tuneżin li kellu anki nazzjonalità Iżraeljana.
It-tour partikulari fi Djerba, intant, kien organizzat mill-eks Minsitru Tuneżin għat-Turiżmu, Rene Trabelsi, li kien fis-sinagoga waqt il-ħin tal-isparatura.
//= $special ?>