Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara inċident fiż-Żejtun

Nhar il-Erbgħa għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia Zammit, iż-Żejtun.

Il-Pulizija issejħet fuq il-post immedjatament u mill-investigazzjonijiet irriżulta li mara Ingliża ta’ 37 sena residenti Ħal Għargħur, intlaqtet minn Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 58 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku li kien fuq il-post, u malli ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Gatt, filwaqt li l-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.