“Għandna Prim Ministru illi għadu bl-ebda mod ma rregixxa għal din id-denunzja ħlief illi għajjar lill ħaddiehor cheap. Jien nistenna li l-Prim Ministru mhux talli m’għandux jattakka lil min qed jitlob investigazzjoni …. talli hu stess jekk verament jemmen li hu ġenwin u ma għamel xejn ħazin hu stess għandu jagħmel pressjoni pubblika fuq il-Kummissarju tal-Pulizija biex ifittex jinvestiga.”
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Erbgħa waranofsinhar inidirizza konferenża tal-aħbarijiet dwar il-fatt li l-Prim Ministru u l-Kummissarju għadhom ma għamlu assulutament xejn quddiem id-denunzja li ġiet preżentata din il-ġimgħa – talba formali biex issir investigazzjoni dwar il-kuntratti ddikkjarati frawdolenti tat-tlett sptarijiet.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista insista li issa wara li għaddew 48 siegħa minn mindu l-Partit Nazzjonalista talab lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jieħu l-passi neċessarji fil-konfront tal-persuni li issemmew mill-Qorti …. il-Prim Ministru baqa’ sieket, u ma għamel l-ebda reazzjoni.
“Issa għandna iswed fuq l-abjad li Robert Abela qiegħed ikompli jiddefendi b’kull mezz lil dawk li l-Qorti qalet li dawn għamlu agir frawdolenti … u għalhekk huwa imp u dmir tagħna illi la darba min minn suppost qieghed iwettaq dmiru mhux jagħmlu. Aħna hassejna li hija ir-responsabbilta tagħna li nmorru għand il-Kummissarju tal-pulizija sabiex jinvestiga dak li seħħ.”
Bernard Grech sostna li l-ismijiet li ħarġu mis-sentenza konklussiva tal-Qorti li tat lura l-isptarijiet lill-poplu Malti u Għawdxi kienu kompliċi fil-frodi li sewa lill-madwar 400 miljun ewro. U għaldaqstant appella lill-Kumissarju tal-Pulizija sabiex jieħu azzjoni u jwettaq dak kollu li anke l-Avukat Ġenerali kellha dmir illi tagħmel.
Min naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia elenka l-artikoli tal-liġijiet kollha li ġew miksura minħabba dan id-deal skanduluz u frawdolenti … iżda għalkemm inkissru diversi liġijiet … ħadd għadu ma tressaq il-Qorti.
Adrian Delia tenna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem sabiex tittieħed azzjoni minnufih, ħalli issir ġustizzja għall-ġid tal-poplu kollu.
“L-oppozizjoni qegħdha tagħmel xogħolha .. iżda issa jonqos li l-Kummissarju tal-pulizija jagħmel xogħolu. L-arloġġ għaddejj, żmien l-iskuzi għadda. Issa zmien l-azzjoni”
//= $special ?>