Swieqi United kitbu lill-Kumitat tal-Etika fi ħdan il-MFA, fejn talbu li tkun investigata d-deċiżjoni li tkun rifjutata t-talba tagħhom sabiex jibbidlu l-ġranet taż-żewġ finali tal-Knock-Out ta’ taħt is-17 ul-21 sena tan-nisa, li fi kliemhom kienu jmorru kontra l-fair play u li kienu se jpoġġu s-saħħa tal-plejers f’riskju.
L-istess stqarrija ttemm tgħid li b’rispett lejn l-investigazzjoni nnifisha, Swieqi United mhux se jkunu qed jagħtu d-dettalji kollha mressqa fl-ittra li bagħtu lill-Malta Football Association.
//= $special ?>