Gianluca Atzori m’għadux kowċ ta’ Floriana wara li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewg partijiet biex iħalli din il-kariga b’effett immedjat.
It-tmexxija tal-klabb kien ilha għall-aħħar jiem tiddiskuti ma’ kowċis oħra, inkluż Maltin, iżda sa issa għadu ma’ ntlaħaqx ftehim.
Floriana ġejjin minn staġun diffiċli li mistenni jixpruna bidliet importanti fl-iskwadra. Hu mifhum li l-klabb diġa’ beda jaħdem fuq akkwisti potenzjali, inkluż żgħażagħ promittenti u saħansitra Maltin li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali Malti.
Atzori kien ilu fit-tmexxija tal-Greens sa mill-istaġun 2021/22 u magħhom rebaħ l-FA Trophy meta fil-finali Floriana għelbu lir-rivali Valletta.
//= $special ?>