Futbol Sport

Żewġ gowls fl-ewwel taqsima jagħtu vantaġġ lil Inter fil-Euro Derby

(Ritratt: EPA)

Fit-tieni semi finali tant mistennija tal-UEFA Champions League Inter għelbu lir-rivali Milan bl-iskor ta’ 2-0. B’hekk Inter se jieħdu magħhom vantaġġ ta’ żewġ gowls għall-partita ta’ ritorn li se tintlagħab f’San Siro il-ġimgħa d-dieħla. Għal din il-partita Milan kienu mingħajr l-attakkant Rafael Leao, b’Milan ftit li xejn ikunu perikolużi lejn il-lasti ta’ Inter.

It-tim immexxi minn Simone Inzaghi fetaħ l-iskor fit-8 minuta meta minn corner ta’ Hakan Calhanoglu kien Edin Dzeko li b’volley mill-isbaħ għeleb għal kollox lil goalkeeper Mike Maignan għal 1-0. Tliet minuti wara Inter jirduppjaw meta din id-darba kien Federico Dimarco li żmarka lil Henrikh Mkhitaryan, b’dan tal-aħħar jixħet fix-xibka għal 2-0.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

It-Tlieta R.Madrid v Man City 1-1, Ilbieraħ Milan v Inter 0-2

UEFA EUROPA LEAGUE

Semi Finali Illum Juventus v Sevilla 9.00pm, Roma v B. Leverkusen 9.00pm

UEFA CONFERENCE LEAGUE
Semi Finali Illum
Fiorentina v Basel 9.00pm, West Ham v AZ Alkmar 9.00pm