Lokali

“Angelo Gafà huwa ostaklu għall-kors tal-ġustizzja f’pajjiżna” – Repubblika

Il-Kummissarju Angelo Gafa huwa ostaklu tal-kors ġustizzja… dan hekk kif il-Korp spiċċa  ipparalizzat minn kummissarrju li lill-uffiċjali tiegħu mhux qed iħallihom jaħdmu… kummissarju li qed jipproteġi biss lill-klikka tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Dan kien il-qofol tal-messaġġ li wassal il-President tal-Għaqda Repubblika Robert Aquilina meta l-Ħamis filgħodu indirizza konferenza tal-aħbarijiet li saret quddiem id-Depot fil-Furjana.

Huwa fakkar kif il-bank Pilatus tħalla jopera minn pajjiżna għal ħames snin sħaħ fejn wara dak kollu li seħħ, il-bank kif ukoll sitt persuni għandhom ma affaċjawx ġustizzja.

Aquilina qal li mhux talli ħadd minn dawn il-persuni għadu ma iffaċċja ġustizzja, talli Angelo Gafa għadu ma ħa ebda passi fil-konfront tagħhom.. Kummissarju li ġab ruħu ta’ fatat u ħarab mill-pubbliku u anke mill-ġurnalisti. Kummissarju li flimkien mal-Avukat Ġenerali Vitoria Buttigiegi kienu kompliċi f’cover up.

Il-Kummissarju Angelo Gafa qal biss li se jkun qed jagħti spjegazzjoni fil-Qorti f’seduta li ssir fil-magħluq. Robert Aquilina qal li dan kollu juri kemm Gafa huwa l-ikbar theddida biex il-ġustizzja tkun tista’ tieħu l-kors tagħha. 

Repubblika qalet li Angelo Gafa ma ħa ebda azzjoni fuq numru ta’ skandli fosthom tal-Panama Papers, tal-electrogas, 17 Black, il-windfarms tal-Montenegro u anke dwar l-akbar skandlu tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet lil Vitals u Steward.

Robert Aquilina għadda messaġġ  ċar lil Angelo Gafa fejn appellalu sabiex jirrikonoxxi li falla bħala kummissarju tal-Pulizija… falla mill-wegħda li kien għamel meta laħaq fil-kargia… li mhu se jħares lejn wiċċ ħadd… għalhekk quddiem dan kollu… il-pożizzjoni tiegħu m’għadhiex waħda tenibbli.