Sport Sport Ieħor

Blackball: Jojo’s Birżebbuġa jirbħu ċ-Challenge League

Jojo’s Birżebbuġa huma ċ-champions il-ġodda taċ-Challenge League organizzat mill-Malta Blackball Federation meta għelbu lil Każin Pinto Qormi 11-6 fil-finali li saret fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara.  

Minkejja l-iskor konvinċenti, it-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta kien qed jitlef 3-0 għalkemm id-determinazzjoni tagħhom ippremjathom sabiex rebħu dan it-titlu.  

Il-Qriema baqgħu jippruvaw iżda fl-aħħar parti x-xorti ma kinitx magħhom sabiex kellhom jispiċċaw fit-tieni post.