L-Awstraljan Kaden Groves rebaħ il-ħames stadju tal-Giro d’Italia minkejja l-kundizzjonijiet ta’temp ħżiena u d-diversi inċidenti li kkaraterizzaw dan l-istadju. Il-Brittaniku Mark Cavendish temm fir-raba’ post minkejja li waqa’ ftit metri ‘l bogħod minn tmiem it-tellieqa.
Ic-champion mondjali Remco Evenopoel kellu żewġ inċidenti, fosthom inċident ma’ kelb li ħariġlu għal nofs ta’ triq waqt it-tellieqa. Fil-klassifika ġenerali Andreas Leknessud jinsab fl-ewwel post segwit minn Remvo Evenepoel u Aurelien Paret-Peintre fit-tieni u t-tielet post rispetttivament.
//= $special ?>