Il-Ħamis filgħodu grupp ta’ 22 voluntier f’isem Sigma Foundation bdew il-vjaġġ tagħhom lejn il-Marokk sabiex jitilgħu l-muntanja Toubkal li hija l-ogħla muntanj fl-Afrika ta’ Fuq.
Dawn il-persuni ilhom xhur jitħarrġu u jiġbru fondi b’risq proġett ieħor fl-Etijopja. Il-proġett jikkonsisti finanzjament għal skola li se tgħin nisa jitħarġġu fi snajja differenti fosthom tisjir, ħjata u rakkmu, qtugħ tax-xagħar fost xogħolijiet oħra.
Din l-iskola se ssir f’Bonga l-Etiopja u l-proġett se jkun qed jiswa €700,000. Il-mira hi li din l-iskola teduka 500 persuna fis-sena b’enfasi li 75% jkunu nisa filwaqt li l-25% l-oħra jkunu rġiel. Dan qed isir biex aktar nisa jkunu indipendenti fl-Etiopja kif ukoll ikunu jistgħu jaħdmu u ma jkunux dipendenti fuq ħaddieħor.
Keith Marshall, li jmexxi din il-fondazzjoni qal li x-xogħol ma jistax jieqaf u għalhekk dawn il-gruppi ta’ volontiera huma importanti għaliex bil-fondi li jiġbru jistghu jkomplu jgħinu sabiex titnaqqas it-tbatija.
Austin Cachia, it-Teżorier tal-fondazzjoni qali li meta tgħin lil ħaddieħor tħoss ċertu kuntentizza li tibqa’ miegħek għax taf li tkun qed tagħmel differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd u dan hu ta’ sodisfazzjoni kbir. Dik id-donazzjoni żgħira kemm hi żgħira tista tgħin biex dan il-proġett issir realta’.
//= $special ?>