Internazzjonali

Il-Ġermanja: Jinvestigaw qtil doppju f’fabbrika tal-Mercedes

Il-Pulizija Ġermaniża qed tinvestiga l-qtil ta’ żewġ irġiel waqt sparatura li seħħet f’faċilità għall-produzzjoni tal-karozzi tal-Mercedes-Benz f’Sindelfingen, lejn il-lbiċ tal-Ġermanja.

Wieħed mill-vittmi miet fuq il-post u bl-ieħor jitlef ħajtu l-isptar, bil-pulizija jikkonfermaw li ma ndarab ħadd fl-isparatura.

L-aggressur suspettat, wara, inżamm mill-membri tas-sigurtà fil-fabbrika u li mbagħad għaddewh lill-pulizija li żammewh taħt arrest. Is-suspettat fl-ebda ħin ma rreżista lill-pulizija, bid-diretturi tal-Mercedes joħorġu stqarrija ta’ niket u ta’ solidarjetà mal-familji tal-vittmi.

Il-kumpannija Mercedes-Benz tipproduċi l-mudell tal-karozza lussuża S-Class fil-fabbrika ta’ Sindelfingen li timpjega madwar  35,000 ħaddiema.

Intant, il-kelliema għall-kumpannija qalu li n-nies involuti fl-isparatura kienu impjegati ma’ entità barranija li kienet qed tipprovdilhom servizz partikulari. Kien anki kkonfermat, wara, li l-aggressur ma kellux il-kompliċi u li ‘ma kien hemm l-ebda perikolu għall-pubbliku.’

Il-Ġermanja għandha wħud mill-aktar regolari stretti li jinvolvu l-armi tan-nar fl-Ewropa u l-awtoritajiet lokali qegħdin jaħdmu fuq il-pjani biex ikomplu jissikkaw dawn il-liġijiet fuq livell nazzjonali.