Lokali Qorti

Jingħata l-pleġġ wara li kkaġġuna ġrieħi gravi fuq ħu l-mara u n-neputi

Raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żejtun ingħata l-pleġġ wara li wieġeb mhux ħati li kaġġuna ġrieħi gravi fuq ħu l-mara fl-istess lokalitá. Joseph Tabone, li qal li jaħdem bħala Mecahanical Engineer ġie mixli talli nhar id-9 ta’ Mejju, 2023 fis-9.15pm u qabel mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja ta’ Vincent Bonello f’periklu ċar, ikkaġunalu ħsara fil-ġisem jew fis-saħħa.

Dan kif iċċertifika Dr. Ryan Camilleri mill-Isptar Mater Dei. Mixli wkoll mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqieghed il-ħajja tan-neputi Samuel Stewart f’periklu ċar, volontarjament ikkaġunalu offiża ta’ natura gravi wkoll fuqu skont l-istess tabib.

Huwa ġie mixli wkoll li hedded lin-neputi u li nġurja lil u l-mara b’mod li ħareġ barra mil-limiti tal-provokokazzjoni li li volontarjament kiser il-bon ordni jew il-kwiet u li ġarr sikkina jew strument li jaqta’ jew bil-ponta, ta’ liema xorta jkun, mingħajr ma kellu liċenza jew permess mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija u dan bi ksur tal-Artikolu 6 tal- Kap 480 tal-Att Dwar l-Armi.

Il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella biex toħroġ ordni ta’ trattament li fil-konfront tal-allegati vitmi, liema talba kienet milqugħa. L-Ispettur Colin Sheldon li ressaq lil Tabone qal li nhar it-Tlieta filgħaxija l-Pulizija kienet uinfurmara li kien hemm ġlieda fi Triq Anġlu Gatt u l-Pulizija marru fuq il-post u sabu lill-allegati vittmi jsofru minn ġrieħi. Kellha wkoll tissejjaħ l-ambulanza.

Qal li Tabone ma kienx fuq il-post u kien hemm martu fuq il-post. Saret talba għall-pleġġ mill-Avukat difensur Franco Debono fejn l-Ispettur Colin Sheldon oppona u qal li jekk din tkun milqugħa għandu jkun hemm kundizzjonijet iebsa peress li hemm xhieda importanti fosthom mart l-imputat, fuq kontaminazzjoni tal-provi.

L-Avukat Debono qal li Tabone lest li jmur jabita ma’ missieru l-Fgura biex ma jkunx hemm problemi. It-talba kienet milqugħa fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ 5,000 ewro, li jiffirma tliet darbiet fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid, li ma kellimx lil martu u l-allegati vittmi u li ma jersqax lejn iż-Żejtun.