Internazzjonali Lokali

Jitħabbru l-10 finalisti li rnexxilhom jgħaddu għas-serata finali tal-Eurovision

U ftit tal-ħin ilu intemmet it-tieni serata semi-finali tal-Eurovision Song contest u ġew imħabbra l-10 pajjiżi li rnexxilhom jagħmluha għas-serata finali li se jsir nhar is-Sibt li ġej 13 ta’ Mejju.

L-10 finalisti minn 16 li għamluha għall-finali tas-Sibt huma f’din l-ordni kif qed jissemmew: 

  1. Albanija bil-kanżunetta ‘Duje’
  2. Ċipru bil-kanżunetta ‘Break a Broken Heart’
  3. Estonja bil-kanżunetta Bridges’
  4. Belgjum bil-kanżunetta ‘Because Of You’
  5. Austria bil-kanżunetta ‘Who The Hell Is Edgar?’
  6. Lithuanja bil-kanżunetta ‘Stay’
  7. Polonja bil-każunetta ‘Solo’
  8. Australja bil-kanżunetta ‘Promise’
  9. Armenja bil-kanżunetta ‘Future Lover’
  10. Slovenja bil-kanżunetta ‘Carpe Diem’

Dawn l-għaxar pajjiżi se jingħaqdu mas-10 pajjiżi li diġà kienu kkonfermati fl-ewwel serata tal-Eurovision Song contest li saret it-Tlieta li għadda, flimkien mal-Big 5: il-Ġermanja, Franza, Spanja, l-Italja u r-Renju Unit, inkluz il-pajjiż rebbieħ tal-Eurovision 2022; l-Ukrajna. 

Il-grupp Ukren, Kalush Orchestra, kienu rebħu is-66 edizzjoni tal-Eurovision, iżda minħabba l-gwerra li hemm għaddejja fl-Ukrajna, il-Eurovision qiegħed isir fl-Ingilterra. Dan minħabba li l-kantant Ingliż Sam Ryder spiċċa fit-tieni post.