Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien involit f’inċident li seħħ Ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 68 sena li joqgħod is-Siġġiewi, kien qiegħed isuq Toyota Starlet, tilef il-kontroll u ħabat f’ħajt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>