Robert Abela jaf li huwa kompliċi fl-akbar frodi li seħħ f’pajjiżna… u għalhekk li għadu sieket quddiem id-denunzja li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħamis kien intervista waqt il-programm Net Live.
Huwa qal li Abela baqa’ jiddefendi dan id-deal skandaluż anke meta sar Prim Ministru. B’Abela ħallas minn flus il-poplu lil Steward 280 miljun ewro… iktar minn kemm ħadu meta pajjiżna kien imexxi mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.. fejn ħadu 128 miljun ewro. B’Abela huwa kompliċi fl-akbar frodi li qatt ra pajjiżna u qed jaħbi xturu u għemil dawk ta’ qablu biex il-patt imxajtan jibqa’ jseħħ.
Bernard Grech qal li l-ktieb ‘L-Akbar Frodi’ jagħti ċerti dettalji ta’ x’seħħ ezatt f’dan l-akbar skandlu li qatt sar f’pajjiżna tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet.
Huwa qal li huwa evidenti li Abela moħħu mistrieħ li Gafa mhux se jinvestigah… jaf ukoll li minkejja n-nuqqasijiet kbar li saru, l-istituzzjonijet mhux jaħdmu u mhux se jieħdu azzjoni.
Bernard Grech sostna li l-PN se jibqa’ jkun l-unika forza poltika li qiegħed hemm għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Dan għaliex il-poplu Malti jinsab irrabjat fuq numru ta’ sitwazzjoni fost l-oħrajn għall-għoli tal-ħajja sfrenat li qed jaffaċċja.
//= $special ?>