Raġel ta’ 39 sena, residenti Wied il-Għajn, ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċidenti tat-traffiku, f’Dawret il-Gudja.
L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-ħabta seħħet bejn Opel Corsa misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti l-Gudja, filwaqt li l-vittma kien qed isuq mutur tal-għamla Niu.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza, fejn ħadet lill-vittma l-isptar għal-aktar kura, fejn ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>