Fl-Allianz Satadium, Juventus irnexxielhom isalvaw draw fl-aħħar sekondi tal-partita b’gowl mid-difensur ċentrali Federio Gatti bl-iskor finali jkun dak ta’ 1-1.
L-Ispanjoli ħasdu lill-avversarji tagħhom meta fetħu l-iskor wara 26 minuta permezz tal-attakkant Youssef En-Nesyri. L-attakkant Marokkin sab ix-xibka minn kontrattakk veloċi tat-tim tiegħu minn suġġeriment ta’ Ocampos.
Juventus għamlu l-iskor indaqs fis-97 minuta meta Federico Gatti sab ix-xibka b’daqqa ta’ras fl-aħħar azzjoni tal-partita.
Rebħa minima għal Roma fl-Olimpico
Fi Stadio Olimpico Roma għelbu lil Bayer Leverkusen 1-0 biex b’hekk jitħlu għat-tieni leg b’vantaġġ minimu fuq it-tim Ġermaniż.
L-ewwel taqsima ma rat l-ebda tim isib il-lasta, bl-andament tal-logħba jkun bilanċjat biż-żewġ timijiet jeżaminaw l-avversarji tagħhom u jfittxu li jiftħu l-iskor.
Wara ħafna azzjonijiet mitlufin, Roma rnexxielhom jiskurjaw l-ewwel u l-unika gowl tal-partita fit-62 minuta permezz tal-midfielder żagħżugħ Eduardo Bove. Il-midfielder sab ix-xibka meta kkonkluda bil-kalma wara li l-ewwel xutt ta’ Abraham ġie salvat minn Hradecky.
It-tieni leg tas-semi finali tal-UEFA Europa league se jintlagħabu il-Ħamis 18 ta’ Mejju, b’din id-darba Sevilla jospitaw lil Juventus fil-Ramon Sanchez Pizjuan Stadium, filwaqt li Bayer Leverkusen se jospitaw lil Roma fil-BayArena.
Riżultati:
UEFA Europa League:
Illum: Juventus v Sevilla 1-1, Roma v Bayer Leverkusen 1-0
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Ilbieraħ: Real Madrid v Man City 1-1, Milan v Inter 0-2
UEFA EUROPA CONFERENCE LEAGUE
Illum: Fiorentina v Basel 1-2, West Ham v AZ 2-1