Bħal-lum 30 sena, it-tim nazzjonali Malti kien kiseb rebħa storika f’partita li se tibqa imfakkra b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-futbol Malti.
Fil-Kadiorg Stadium, Malta rebħet 1-0 kontra l-Estonja, liema rebħa kienet l-ewwel waħda fl-istorja tat-tim nazzjonali waqt logħba minn grupp ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja.
Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fl-14-il minuta meta minn korner ta’ Ray Vella, id-difiża tal-Estonja biegħdet parzjalment il-periklu, b’David Carabott jidħol tajjeb biex qassam lejn Kritian Laferla li kkontrolla l-ballun u minn qagħda ċentrali għeleb lil Poom.
B’dan il-gowl Malta kienet rebħet din il-partita, taħt it-tmexxija tal-kowċ nazzjonali ta’ dak iż-żmien, Pippo Psaila.
Kmieni dalgħodu, il-paġna ta’ Replay fuq Facebook fakkret l-anniversarju ta’ din il-partita b’filmat mill-partita u b’kummenti li kien ta’ l-eks kowċ Psaila ftit taż-żmien ilu lil Replay dwar din il-partita.
Illejla f’Replay preview, li jibda fl-22:00 fuq Net Telelvision, se jitwerà dokumentarju ddetaljat dwar din il-partita.
https://www.facebook.com/ReplayNetTelevision/videos/760963472158986
//= $special ?>