Lokali Qorti

Erba’ snin ħabs għal xufier li hedded jagħti bis-sikkina wara inċident tat-traffiku

Sewwieq perikoluż bla liċenzja, li kien hedded li jħebb għal sewwieq ieħor wara li ħabat mal-karozza tiegħu, ġie kunbdannat erba’ snini ħabs snin u pprojbit milli jsuq għal sena. Stephen Galea ta’ 44 sena mill-Mosta kien tressaq il-Qorti f’Diċembru li għadda, akkużat li hedded lis-sewwieq l-ieħor, li ġarr sikkina tal-but mingħajr permess tal-pulizija, li wassal biex ir-raġel l-ieħor biża’ mill-vjolenza, sewqan perikoluż u bl-addoċċ.

Huwa kien qed jiġi akkużat ukoll li b’negliġenza kkaġuna ħsara lill-vettura l-oħra tikser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ, saq il-vettura inkwistjoni mingħajr liċenzja tas-sewqan jew kopertura tal-assigurazzjoni. Akkużat ukoll li kiser curfew li kien parti mill-kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja preċedenti tiegħu.

Il-Qorti kienet semgħet kif il-vittma kien qed isuq fi Vjal Millbrae fil-Mosta għall-ħabta tas-2:30am tal-4 ta’ Diċembru, meta pprova jaqleb għall-karreġġjata ta’ barra sabiex jagħmel t-tielet ħruġ fir-roundabout. BMW, li kien qed jivvjaġġa b’“veloċità konsiderevoli” kien imbagħad ħabat miegħu f’tentattiv fallut biex jaqbeż.

Wara l-ħabta, ix-xufier tal-BMW, ​​li l-vittma kien iddeskriva bħala bla xagħar u età ta’ nofs l-40 sena kien ħareġ mill-vettura tiegħu u, u b’rawa f’ħalqu saħaq li l-vittma kien ikkawża l-ħabta. Il-vittma qal li osserva mara mitlufa minn sensiha fis-sit tal-passiġġier tal-karozza tal-aggressur.

Iżda meta l-vittma ssuġġerixxa li jċempel lill-pulizija jew lill-gwardjani lokali, waqt li ż-żewġt irġiel kienu viċin xulxin, ix-xufier tal-BMW ħareġ sikkina tal-but u ppontaha lejh, heddu li se jagħtih bijha. Il-vittma kien imbuttah ‘il bogħod minnu, qabel ma pprova jikkalmah.

Dan ir-rakkont kien ikkorroborat minn ħabib tal-vittma li kien ra l-inċident mill-karozza tiegħu stess waqt li kien qed isuq xi distanza warajhom. L-Ispettur Roderick Attard, li qed imexxi l-prosekuzzjoni, kien qal lill-Qorti kif il-pulizija kienu ntraċċaw in-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza lura lil sidha reġistrata, li kkonferma li Galea kien fil-pussess taċ-ċwievet.

Il-Qorti osservat li Galea kien barra matul il-lejl, bi ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ pleġġ li kienu imposti qabel u kien qed isuq mingħajr liċenzja jew kopertura tal-assigurazzjoni – wara li diġà nstab ħati ta’ dan l-aħħar reat darbtejn qabel. Lanqas Galea ma kellu liċenzja biex iġorr l-armi fil-pubbliku.

Fil-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar il-pieni, il-maġistrat Marseanne Farrugia nnutat li Galea diġà kellu xejn inqas minn tmien kundanni preċedenti għal reati bħal vandaliżmu, serq aggravat, kkaġunat feriti ħfief, reati ta’ sewqan u kawża ta’ biża’ ta’ vjolenza.

L-evidenza wriet li Galea kellu problema serja ta’ vizzju tal-kokaina u kien għażel li joħroġ minn programm ta’ riabilitazzjoni residenzjali s-sena l-oħra, wara biss tliet ġimgħat. Huwa ma kienx uża l-ħafna opportunitajiet mogħtija lilu mill-qrati biex jindirizza l-problemi tiegħu, qal il-maġistrat, filwaqt li nnota li kien fuq garanzija, kien taħt żewġ ordnijiet ta’ probation u ngħata tliet sentenzi sospiżi.

“Madankollu jidher li l-imputat ma tgħallem xejn u baqa’ jippersisti fil-vjaġġ kriminali tiegħu.” Il-Qorti kkundannat lil Galea erba’ snin ħabs, skwalifikatu milli jkollu liċenzja tas-sewqan għal 12-il xahar u kkonfiskatlu d-depożitu ta’ garanzija ta’ €2,000. Ġiet imposta wkoll ordni ta’ trażżin ta’ tliet snin favur il-vittma, li se tidħol fis-seħħ fid-data tal-ħelsien mill-ħabs ta’ Galea.