Fil-Jum Internazzjonali tal-Infermiera l-Kap tal-PN Bernard Grech irringrazzja l-ħidma sfieqa li infermiera jagħmlu kontinwament u kuljum biex tingħata kura xierqa lill-pazjenti u lil dawk fil-bżonn.
F’post fuq il-midja soċjali l-Kap tal-PN tenna li jeħtieġ iżda li l-apprezzament u r-rikonoxximent li llum inwasslu jkun rifless f’kull mument, hekk kif matul is-sena kollha l-infermiera jqattgħu u jagħmlu ħinijiet twal ta’ xogħol u jwettqu bosta sagrifiċċji.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech kiteb li għalhekk li l-PN qed jinsisti li minflok il-Gvern ta’ Robert Abela jonfoq il-flus f’kuntratti frawdolenti, il-Gvern ta’ Abela għandu jinvestihom fil-professjonisti tas-saħħa, għax il-ħaddiema tas-saħħa jeħtieġu kull prijorità u għajnuna.
//= $special ?>