Fi kliem il-Kap tal-PN Bernard Grech, irridu nagħrfu li hemm bżonn titfassal viżjoni nazzjonali hekk kif bħalissa ħafna setturi qed jispiċċaw minsija.
Waqt laqgħa li saret mal-Kunsill il-ġdid tal-Kamra tal-Kummerċ flimkien mad-deputati Nazzjonalisti Jerome Caruana Cilia u Ivan J. Bartolo …Bernard Grech tkellem dwar il-bżonn ta’ din il-viżjoni nazzjonali, u mal-Malta Chamber iddiskuta diversi temi li jolqtu lin-negozji.
Bernard Grech wiegħed li se jkun qed iżomm konsultazzjoni ħajja mal-Kamra tal-Kummerċ biex jibqa’ aġġornat u jagħti s-sapport tiegħu meta n-negozji Maltin jaffaċjaw sfidi.
Hu fakkar ukoll fil-ħtieġa li jinġoloq Fond Nazzjonali b’budget annwali ta’ €40 miljun sabiex jappoġġja lill-industrija li timporta jew tesporta – u dan ħalli jagħmel tajjeb għall-impatt tal-għoli tal-ħajja
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Chris Vassallo Cesareo minn naħa tiegħu spjega kif l-inflazzjoni qed taffetwa lin-negozji Maltin.
Intervistat minn dan l-istazzjon, hu tana l-kummenti tiegħu wara l-laqgħa li kellu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Matul din il-laqgħa, il-Kap tal-PN faħħar ix-xogħol ma jaqta’ xejn li qed tagħmel il-Kamra tal-Kummerċ, sena wara sena – ħidma meqjusa bħala waħda kruċjali.