Matul dan l-istaġun, il-klabbs tal-Premier League fl-Ingilterra kienu kkritikati għall-impatt negattiv tagħhom fuq l-ambjent minħabba li ħafna drabi jużaw li jivjaġġaw bl-ajru għal-logħob meta jkun hemm distanzi twal.
Għar-raba’ staġun konsekuttiv, Sport Positive appoġġjat min-Nazzjonijiet Uniti kklassifikat l-20 klabb tal-Premier League abbażi tal-isforzi ambjentali tagħhom.
Għat-tieni sena konsekuttiva, Tottenham u Liverpool ġew fil-quċċata b’26 punt kull wieħed. Spurs huwa l-uniku klabb li jorganizza sessjonijiet ta’ edukazzjoni dwar is-sostenibbiltà ambjentali, kemm għall-iskwadri tal-ewwel tim tal-irġiel kif ukoll għal dak tan-nisa.
Minn din is-sena, Sport Positive bdiet tnaqqas il-punti għal dawk il-klabbs li jużaw titjiriet domestiċi bit-timijiet kollha jitilfu l-punti f’dan ir-rigward.
Erba’ klabbs biss jipprovdu rapporti dwar l-emmisjonijiet tagħhom. Dawn huma Liverpool, Tottenham, Man. City u Wolves.
Seba’ klabbs, li jinkludu lil Arsenal, Newcastle u Southampton, għandhom miri ‘net-zero’ li tfisser li jfisser li kwalunkwe emissjonijiet ikunu bbilanċjati billi jassorbu ammont ekwivalenti mill-atmosfera.
It-tim relegat minn League One, Forest Green spiċċaw l-ewwel fil-lista tal-EFL u kienu jiksbu 26 punt fil-klassifika tal-Premier League fejn ma’ użaw l-ebda titijira domestika tul l-istaġun kollu.
Il-massimu ta’ punti li tim jista jikseb huwa ta’ 27.