Żagħżugħ taż 19-il sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Salvu Psaila, f’Birkirkara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10pm.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post fejn seħħet ħabta bejn Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 49 sena, residenti il-Marsa u Mercedes Benz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20-il sena, residenti l-Għargħur.
Fil-karozza Mercedes kien hemm passiġġier iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena, li hu minn Pembroke.
Huwa kien assistit minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>