Futbol Sport

Premier League Ingliż: Arsenal jittamaw li Man. City iwaqqgħu l-punti f’Goodison Park

(Ritratt: EPA)

Il-Premier League Ingliż jitkompla matul il-ġranet li ġejjin bil-partiti l-iktar mistennija jkunu bla dubju dawk bejn Everton u Manchester City, Arsenal kontra Brighton kif ukoll Tottenham Hotspurs kontra Aston Villa, bit-tlett logħbiet ikollhom importanza kbira sabiex jiddeterminaw l-istaġun ta’ dawn it-timijiet.

Everton v Manchester City, il-Ħadd fit-3:00pm

Everton li jinsabu fis-17-il post se jkunu qed jittamaw li jirnexxielhom jiksbu riżultat sorprendenti kontra t-tim li jinsab fil-quċċatta tal-klassifika, Manchester City. Ic-Citizens fuq in-naħa l-oħra se jkunu qed jimmiraw li jkomplu l-forma impekkabli tagħhom u jestendu l-mixja impressjonanti li kellhom fit-tieni parti tal-istaġun hekk kif jinsabu b’11-ir rebħa infila.  Manchester City li diġa lagħbu iktar kmieni din il-ġimgħa fl-ewwel leg tas-semi finalifil-UEFA Champions League kontra Real Madrid, fejn il-partita ntemmet bl-iskor ta’ 1-1, se jkollhom lid-difensur ċentrali Nathan Ake barra minħabba xi kumplikazzjonijiet mediċi. Il-lista ta’ injuries ta’ Everton ma tgħin xejn is-sitwazzjoni tal-klabb minnLiverpool, bi plejers ta’ esperjenza bħal Seumes Coleman u Andros Townsend barra minħabba uġih fl-irkopa, filwaqt li plejers titulari oħra bħal Ruben Vinagre, Bamiddele Alli u Ben Godfrey ukoll qed isofru minn kumplikazzjonijiet mediċi. Il-partita se tintlagħab il-Ħadd 14 ta’ Mejju fit-3pm f’ Goodison Park.

Arsenal v Brighton, il-Ħadd fil-5:30pm

Arsenal kontra Brighton hija partita oħra t’importanza kbira għaz-żewġ timijiet. Il-Gunners għandhom bżonn jirbħu kull partita li baqa’ sabiex forsi jkollhom ċans ikunu nkurunati ċ-champions tal-Premier League bl-għajnuna ta’ riżultati negattivi għal Manchester City.  Fil-kamp l-ieħor Brighton, li lagħbu l-inqas ammont ta’ logħob dan l-istaġun b’33 partita, għandhom bżonn jiksbu l-punti kollha meħtieġa sabiex jikkwalifikaw għall-kompetizzjoni Ewropea, hekk kif jinsabu b’55 punt, fis-7 post b’żewġ punti inqas minn Tottenham Hotspurs fis-6 post b’57 punt. Iż-żewġ timijiet se jaffrontaw lil xulxin nhar il-Ħadd 14 ta’ Mejju fil-5:30pm fl-Emirates Stadium.

Aston Villa v Tottenham Hotspurs, is-Sibt fl-4pm.

Aston Villa se jospitaw lil Tottenham Hotspurs f’Villa Park is-Sibt 13 ta’ Mejju fl-4pm. Partita kruċjali għal min se jiġi mal-ewwel sitt postijiet fil-klassifika sabiex is-sena d-dieħla jilgħab f’kompetizzjoni Ewropea. Aston Villa fit-tmexxija ta’ Unai Emery jinsabu fit-8 post hekk kif qiegħed ikollhom staġun sorprendenti, filwaqt li Tottenham Hotspur li qiegħed ikollhom staġun mhux daqstant tajjeb meta tikkunsidra l-kalibru ta’ plejers li jiffurmaw l-iskwadra kif ukoll il-prestazzjonijiet f’staġuni preċedenti jinsabu fis-6 post.

Il-partiti kollha fil-ġranet li ġejjin:

Is-Sibt:

Leeds United v Newcastle United 1:30pm

Aston Villa v Tottenham Hotspurs 4:00pm

Chelsea v Nottingham Forest 4:00pm

Crystal Palace v Bournemouth 4:00pm

Manchester United v Wolverhampton Wanderers 4:00pm

Southampton v Fulham 4:00pm

Il-Ħadd

Brentford v West Ham United 3:00pm

Everton v Manchester City 3:00pm

Arsenal v Brighton & Hove Albion 5:30pm

It-Tnejn

Leicester City v Liverpool 9:00pm